Saturday, September 28, 2024

Weston McKennie jista’ jibqa’ ma’ Juventus

Aqra wkoll

Hekk kif kollox kien jidher li Weston McKennie kien se jħalli lil Juventus, il-kowċ Thiago Motta jista’ jinkludih fl-iskwadra għall-ewwel żewġ partiti tal-kampjonat Taljan u eventwalment jara l-progress tiegħu.

Il-plejer mill-Istati Uniti għandu kuntratt sat-30 ta’ Ġunju 2025 u mhux eskluż li dan jonorah. Motta qisu qed jikkonvinċi ruħu mill-potenzjal ta’ dan il-plejer u se jkun qed ibiddel fehmtu fuqu.

McKennie għandu 25 sena u lagħab 83 partita mal-Bianconeri filwaqt li skorja ħames gowls.

Sport