Saturday, February 8, 2025

Weston McKennie se jġedded ma’ Juventus

Aqra wkoll

L-istilla Amerikana Weston McKennie mistenni jġedded mal-klabb tiegħu Juventus fil-jiem li ġejjin. Hu se jkun ukoll qed jingħata żieda fis-salarju tiegħu ġaladarba jiffirma din l-estensjoni.

McKennie għandu 26 sena u ilu mal-Bianconeri sa mis-sena 2020 meta kien ġie magħhom fuq bażi ta’ self mingħand Schalke 04. Hu għamel żmien misluf lil Leeds United iżda rritorna fl-Allianz Stadium fejn f’xi mument spikka f’nofs il-grawnd. Riċentement hu ngħata wkoll il-faxxa ta’ captain.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport