Wara li akkwistaw is-servizzi ta’ Jakub Kiwior mingħand Spezia, Arsenal se jħarsu għal darb’oħra fl-Italja sabiex jiksbu l-firma tal-plejer Amerikan ta’ Juventus Weston McKennie. Dan tal-aħħar għandu 24 sena, jilgħab bħala plejer f’nofs il-grawnd u ilu mal-Bianconeri sa mis-sena 2021 fejn skorja ħames gowls f’49 partita.
Ftit tal-jiem ilu, McKennie irrifjuta offerti ta’ Bournemouth, Aston Villa u Fulham iżda l-interess tal-leaders tal-klassifika tal-kampjonat Ingliż, jaf iħajjar lill-plejer.
Juventus iridu €25 miljun sabiex iħalluh jitlaq.