Monday, December 23, 2024

Weston McKennie viċin li jsir player ta’ Leeds United

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Amerikan ta’ Juventus, Weston McKennie, jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Leeds United hekk kif il-Ħadd se jsirlu l-eżami mediku.  

McKennie kien għamilha ċara li Leeds kienu l-ewwel għażla tiegħu minkejja taħditiet ma’ clubs oħra tal-Premier League u hu mistenni jingħaqad mal-kompatrijotti Jesse Marsch, Brenden Aaronson u Tyler Adams ,f’West Yorkshire.

McKennie se jingħaqad mal-Peacocks b’self għal £1 miljun sal-aħħar tal-istaġun b’għażla ta’ trasferiment permanenti għal £29 miljun.  

McKennie, 24 sena, ingħaqad ma’ Juventus mingħand Schalke iżda fil-veritá qatt ma għamel impatt mal-Bianconeri. 

B’kollox huwa ġie utilizzat 65 darba li fihom skorja tmien goals, u magħhom rebaħ il-Coppa Italia u s-Super Cup Taljana. 

Ekonomija

Sport