Monday, December 23, 2024

WHO: hu rari li pazjenti asintomatiċi jinfettaw lil ħaddieħor

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li hu vera rari li nies infettati bil-Coronavirus, u li ma jkollhomx sintomi, jinfettaw lil ħaddieħor. 

Minkejja li hemm numru ta’ persuni li jittestjaw pożittivi iżda ma jkollhomx sintomi, hu maħsub li l-parti l-kbira ta’ dawn l-infezzjonijiet ma jiġux mgħoddija.   

Madankollu, jidher li l-persuni jistgħu jgħaddu l-marda ftit qabel ma jiżviluppaw is-sintomi. 

Hekk qalet il-Kap tal-Mard Ġdid tal-WHO, Maria Van Kerkhove li għamlet distinzjoni bejn tliet kategoriji ta’ każi. Dawn huma persuni li qatt ma jiżviluppaw sintomi; dawk pożittivi iżda li sa dak iż-żmien ma jkollox sintomi iżda li mbagħad ikollhom; u dawk li jkollhom biss ftit sintomi meta jirrealizzaw li għandhom il-Coronavirus. 

Van Kerkhove qalet li skont il-parti l-kbira tal-evidenza, dawk il-persuni li qatt ma jiżviluppaw sintomi m’għandhomx irwol sinjifikanti fil-proċess li jgħaddu l-virus lil ħaddieħor. 

Ekonomija

Sport