Monday, April 14, 2025

WIĊĊ MARA LI GĦEXET 15,000 SENA ILU

Aqra wkoll

L-avvanzi fix-xjenza qegħdin jagħtuna aċċess uniku lejn il-passat li qatt ma ħsibna li kienu possibbli. Dan permezz ta’ ġbir ta’ tagħrif inkluż immaġini li jinħolqu. Waħda minn dawn hija r-rikreazzjoni ta’ wiċċ ta’ mara li għexet fid-dinja 15,000 sena ilu!

Fdalijiet misjuba fi Franza fl-1911 ġew identifikati bħala mara li ngħatat l-isem ta’ Magdalena Girl. Ix-xjenzati jaħsbu li hija kienet mietet fl-età ta’ bejn 25 u 35 sena. 

Il-kranju tagħha kien reġa’ ġie rikostruwit permezz ta’ teknoloġija diġitali u skenjar. Wara, skont id-data miġbura, il-wiċċ ġie skulpit mill-Franċiża Elisabeth Daynes. Il-Magdalena Woman kellha fattizzi partikolari b’ħaddejn prominenti u tbissima li tfakkarna fil-Mona Lisa. 

Hija għexet qabel l-Ice Age fi żmien fejn il-klieb kienu diġà domestikati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport