Ranil Wickremesinghe ħa l-ġurament bħala l-President l-ġdid ta’ Sri Lanka, u t-tama tal-poplu issa hija li s-sitwazzjoni ekonomika titjieb u jitwaqqfu s-sofferenzi tagħhom.
Wickremesinghe – li sa ftit ilu kien jokkupa l-kariga ta’ Prim Ministru – ħa l-ġurnament ilbieraħ taħt sigurtà stretta ġewwa l-bini tal-parlament. Ta’ min jgħid li l-poplu ma riedx li Wickremesinghe jiġi maħtur f’din il-kariga, iżda għadd ta’ dimostranti qalu li la issa l-għażla saret huma se jagħtuh ċans.
Il-maġġoranza taċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż jemmnu l-problemi ekonomiċi kbar li qed jolqtu lill-pajjiż huma kollha tort tat-tmexxija ħażina tal-eks President Rajapaksa u ħafna jemmnu li Wickremesinghe wkoll għandu parti mit-tort minħabba li kien jokkupa l-kariga ta’ Prim Ministru. Infatti, fil-jum li Wickremesinghe kien maħtur President kien hemm xi dimostrazzjonijiet.
Il-votazzjoni saret fost il-membri parlamentari u fiha Wickremesinghe kiseb maġġoranza b’saħħitha ta’ 134 vot favur u 82 kontra. Ir-rival tiegħu f’dawn l-elezzjonijiet kien Dullus Alahapperu-
ma.
Issa li ħa l-irwol, Wickremesinghe mistenni li jibda ħidma biex jistabbilizza s-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż kif ukoll ikompli bin-negozjati mal-Fond Monetarju Internazzjonali dwar pakkett ta’ bailout.