Tuesday, January 13, 2026

Wieħed mill-attur prinċipali ta’ Adolescence, Owen Cooper jirbaħ il-Golden Globes u l-Critics Choice Award fl-età ta’ 16-il sena

Aqra wkoll

L-attur żagħżugħ Owen Cooper sar wieħed mill-iżgħar atturi biex jirbaħ award ta’ Golden Globe, Critics Choice u Emmy f’inqas minn sena, wara d-debutt tiegħu fir-rwol ta’ Jamie Miller fis-serje limitata Adolescence.

Cooper jirrapreżenta l-karattru ta’ Jamie Miller, tifel ta’ 13-il sena li hu karattru kumpless u li jinstab taħt arrest għall-qtil tal-klassi tiegħu, Katie Lendard. Is-serje ssegwi lill-familja Miller hekk kif jippruvaw jifhmu għaliex binhom wettaq att daqshekk kerha.

Adolescence tiddiskuti temi sensittivi bħall-komunità tar-“red pill”, id-dark web, u l-problema dejjem tikber ta’ influencers tossiċi li qed idaħħlu ideat ta’ maskulinità tossika f’moħħ subien. Is-serje hija bbażata fuq avvenimenti reali li sfortunatament  qed iseħħu madwar id-dinja, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali għal każijiet li seħħew fir-Renju Unit li jinvolvu subien/żgħażagħ.

Ir-rebħa ta’ Cooper ipoġġih fost l-iżgħar rebbieħa ta’ dawn it-tliet premjijiet prestiġjużi, u jenfasizza bidla fl-industrija speċjalment għaż-żgħażagħ

Minkejja s-suċċess enormi u r-rikonoxximent internazzjonali għal rwol daqshekk qawwi u li jiftaħ l-għajnejn, Cooper jibqa’ umli. Huwa deher jieħu ritratti ma’ ċelebritajiet ta’ livell għoli u jitfaħhom fuq Instagram fejn jidher eċċitat li qed jiltaqa’ ma’ kulħadd. Huwa wkoll qal li se jkun sejjer lura l-iskola biex ikompli l-GCSEs tiegħu, pass li ġie mfaħħar minn ħafna bħala sinjal ta’ maturità u umiltà.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport