Friday, July 18, 2025

Wieħed mill-qattiela ta’ Carabott mixli bi traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Raġel li qed jiskonta sentenza ta’ 32 sena ħabs b’rabta mal-qtil ta’ Joseph Carabott, tressaq fil-Qorti fejn wieġeb mhux ħati għal akkużi dwar traffikar ta’ droga.

Mohamed Anas Boualam ta’ 38 sena u ta’ nazzjonalità Marokkina, ġie mixli li kellu fil-pussess tiegħu l-ecstasy f’ċirkostanzi li juru li d-droga ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Huwa mifhum li Boualam inqabad bid-droga meta ġie arrestat b’rabta mal-hold-up fiż-Żurrieq fejn kien aggredit b’mod vjolenti Carabott. 

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Julian Scicluna mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispetturi John Leigh Howard. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Francois Dalli deher għall-imputat. 

F’Jannar li għadda, Donna Borg Sciberras kienet ikkundannata 28 sena ħabs wara li ammettiet l-involviment tagħha f’dan il-każ. B’rabta mal-istess każ qed jiġi mixli wkoll Zouhair Hadoumi li qed iwieġeb mhux ħati. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport