Sunday, December 22, 2024

Wilfred Ndidi barra mill-azzjoni għall-kumplament tal-istaġun

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Leicester City, Brendan Rodgers, ammetta li Wilfred Ndidi jista’ ma jerġax jilgħab dan l-istaġun minħabba injury fl-irkoppa.

Il-midfielder Niġerjan sofra l-injury fl-Europa Conference League kontra Rennes il-ġimgħa li għaddiet u ma deher imkien fir-rebħa ta’ 2-1 tal-Foxes fuq Brentford fi tmiem il-ġimgħa.

Ndidi se jżur speċjalista biex jiddetermina s-severità tal-kwistjoni, iżda Rodgers ammetta li mhux ottimist żżejjed dwar iċ-ċansijiet tal-player ta’ 25 sena li jerġa’ jilgħab f’dan l-istaġun.

“Wilf mhux daqshekk tajjeb. Huwa qed jieħu t-tieni opinjoni dwar dan. Jekk hux se jilgħab għall-kumplament tal-istaġun jew le, m’aħniex ċerti, li hija vera tal-mistħija għalina,” qal Rodgers lill-ġurnalisti.

Il-manager tal-Foxes issa qed jiffaċċja dilemma Ewropea f’nofs l-istaġun, b’Nampalys Mendy mhux eliġibbli biex jieħu sehem fil-kwarti tal-finali tax-xahar id-dieħel kontra PSV Eindhoven.

Ndidi skorja żewġ goals u pprovda assist wieħed fi 30 dehra għat-team ta’ Rodgers dan l-istaġun u tilef 18-il logħba tal-istaġun 2020-21 minħabba injury.

Ekonomija

Sport