Everton bdew taħditiet ma’ Leeds United sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Taljan Wilfried Gnonto. Dan il-plejer lagħab mal-Peacocks fl-istaġun li għadda u minkejja l-wirjiet sodisfaċenti tiegħu, ftit seta’ jagħmel sabiex jevita r-relegazzjoni għal The Championship tat-tim tiegħu.
Gnonto jiswa madwar €20 miljun u kien wasal f’Leeds eżattament sena ilu fejn laħaq lagħab 24 logħba u skorja żewġ gowls.
Il-kowċ ta’ Everton Sean Dyche jinsab interessat fi Gnonto għax jarah tajjeb għall-metodu tattiku tiegħu vgħall-istaġun li ġej.