L-attakkant prolifiku Wilfried Zaha ikkonferma li ħalla lil Crystal Palace sabiex ingħaqad ma’ Galatasaray tat-Turkija. Il-plejer ta’ 30 sena qal li ta dak kollu li jaf ma’ The Eagles fejn kien ilu magħhom tmien snin u fejn skorja xejn inqas minn 67 gowl f’275 logħba.
Zaha sostna li ried motivazzjoni ġdida fil-karriera tiegħu u Galatasaray jidhru li huma t-tim ideali għalih.
Sadanittant ilbieraħ filgħodu, l-attakkant mill-Kosta tal-Avorju wasal fl-ajruport ta’ Istanbul sabiex jibda uffiċjalment din l-avventura Torka.