AC Milan qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta’ Crystal Palace Wilfried Zaha. Dan tal-aħħar għandu 31 sena u f’Ġunju ta’ din is-sena se jkun qed jintemmlu l-kuntratt tiegħu ma’ The Eagles.
Huwa għalhekk li i Rossoneri qed iħarsu lejn dan il-plejer b’ċertu ħerqa fit-tentattiv li jiksbu l-firma tiegħu fis-sajf li ġej.
Minkejja kollox, it-tim Taljan iridu joqogħdu attenti mill-pressjoni li qed jagħmlu Al Nassr, fejn jilgħab Cristiano Ronaldo fejn ukoll jixtiequ s-servizzi tiegħu.