Tuesday, December 24, 2024

Will Smith irrifjuta li jitlaq miċ-ċerimonja tal-Oscars wara x-xenata li għamel

Aqra wkoll

L-Akkademja qalet li Will Smith kien intalab biex jitlaq miċ-ċerimonja tal-Oscars wara li ta daqqa ta’ ħarta lil Chris Rock, iżda hu rrifjuta li jagħmel dan. Min-naħa tiegħu, il-grupp li jorganizza dan l-avveniment qal li fid-dawl ta’ dak li ġara bdew “proċeduri dixxiplinarji” fil-konfront ta’ Smith. 

Smith aggredixxa lil Rock wara li dan tal-aħħar għadda ċajda fuq Jada Pinkett Smith, li hija mart Will. Iċ-ċajta kienet tittratta l-istil ġdid ta’ xagħar li Jada kienet kostretta tagħmel minħabba l-kundizzjoni medika magħrufa bħala alopecia. 

L-attur – li fl-istess ċerimonja rebaħ l-ewwel Oscar fil-karriera tiegħu – ħareġ apoloġija dwar dak li għamel. 

Stqarrija maħruġa mill-Aca­demy of Motion Picture Arts and Sciences tgħid li, “is-Sur Smith kien mitlub biex jitlaq miċ-ċerimonja u rrifjuta, [iżda] aħna xorta nirrikonoxxu li stajna aġixxejna b’mod differenti.” L-Akkademna qalet ukoll li “nediet proċeduri dixxiplinarji kontra Smith talli kiser dak magħruf bħala l-iStandards of Conduct tal-Akkademja”. Dwar dan, l-Akkademja se tkun qiegħda tiltaqa’ fit-18 ta’ dan ix-xahar u l-azzjonijiet li tista’ tieħu jinkludu “sospensjoni, tkeċċija jew sanzjonijiet oħrajn. Finalment l-akkademja għamlet apoloġija diretta għal Rock, lil dawk nominati, lill-mistiedna u dawk kollha li segwew iċ-ċerimonja. 

Ekonomija

Sport