L-attur Will Smith, tul dawn l-aħħar ġimgħat seraq ix-xena tal-aħbarijiet għar-raġunijiet il-ħżiena. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Oscars, il-preżentatur Chris Rock, li huwa kummidjant, b’ċajta, għadda rimarki dwar ix-xagħar tal-mara ta’ Will Smith.
Jada Pinkett Smith, tbati minn kundizzjoni li jgħidulha alopecia, liema kundizzjoni twaqqa’ ix-xagħar kollu tal-ġisem. Din iċ-ċajta ta’ Rock ma niżlet xejn tajjeb ma’ Will Smith, tant, li spontanjament, dan tela’ fuq il-palk u ta daqqa ta’ ħarta lill-preżentatur filwaqt li qallu biex ma jiddiskutix lil martu.
Matul l-istess lejl tal-Oscars, Will Smith rebaħ Oscar għall-aqwa attur. Intant, fl-aħħar ħin, l-Akkademja tal-Oscars ħabbret li Will Smith huwa sospiż għal- 10 snin miċ-ċerimonja.