Sunday, May 25, 2025

William Chetcuti jirbaħ il-John Grech Trophy

Aqra wkoll

William Chetcuti rebaħ il-John Grech Trophy li saret fis-Southern Shooting Club.

Philip Camilleri kien runner-up, filwaqt li Johan Xuereb spiċċa fit-tielet post.

Il-parteċipanti f’din il-Kompetizzjoni ta’ Trap sparaw fuq 50 plattina ta’ kwalifikazzjoni, segwiti minn rawnd finali ta’ 25 plattina minn tir wieħed biss.

Is-sitt finalisti kienu; CHETCUTI William u GALEA Brian bl-iskor ta’ 45/50 kull wiehed, CAMILLERI Philip laqat 43/50, u MICALLEF Raymond, XUEREB Johan u l-Atleta Junior GRECH Shazen kissru 42/50.

Ir-Riżultat finali kien:

1 CHETCUTI William 21/25

2 CAMILLERI Philip 20/25

3 XUEREB Johan 19/25

4 GALEA Brian 15/25

5 GRECH Shazen 15/25

6 MICALLEF Raymond 14/25

Ir-rebbieħa fil-klassijiet rispettivi tagħhom kienu:

Klassi A

1 CHETCUTI William 45/50

2 GALEA Brian 45/50

3 XUEREB Johan 42/50

Klassi B

1 CAMILLERI Philip 43/50

2 GRECH Shazen 42/50

3 MARMARA John 38/50

Klassi C

1 MICALLEF Raymond 42/50

2 CARUANA Gordon 41/50

3 CAMILLERI Joseph 40/50

Il-kompetizzjoni li jmiss hija l-Malta Trap Grand Prix li inzertat ukoll ir-raba Selection Shoot tal-istaġun. Din se ssir nhar is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Ġunju 2025 fil-Malta National Shooting Ranges.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport