Saturday, September 14, 2024

Willian ma’ Olympiakos

Aqra wkoll

Il-plejer Brażiljan Willian iddeċieda li ma jkomplix il-karriera tiegħu fil-Premier League Ingliż u spiċċa fis-suq tat-trasferimenti. Dan l-aħħar hu kien jilgħab ma’ Fulham iżda ftit deher li hu kuntent ma’ dan il-klabb u kien għalhekk li talab li jispiċċalu l-kuntratt tiegħu.

Pront daħlu għalih Olympiakos tal-Greċja li aċċertaw ruħhom li jiksbu s-servizzi tiegħu. Dawn tal-aħħar rebħu l-UEFA Europa Conference League wara r-rebħa kontra Fiorentina fil-finali.

Willian lagħab ukoll ma’ Chelsea u Arsenal fil-passat.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport