Wednesday, November 20, 2024

Wimbledon: Carlos Alcaraz kontra Daniil Medvedev fis-semi-finali tal-lum

Aqra wkoll

L-aqwa seed, l-Ispanjol Carlos Alcaraz, għadda għas-semi-finali ta’ Wimbledon għall-ewwel darba u llum se jiffaċċja lit-tielet seed, ir-Russu Daniil Medvedev, għal post fil-finali tal-Ħadd.

Alcaraz għeleb lis-sitt seed, id-Daniż Holger Rune, żagħżugħ ieħor ta’ 20 sena, 7-6 (7-3) 6-4 6-4 fil-kwarti-finali tiegħu.

Il-mixja tal-ħolm ta’ Christopher Eubanks li ma kienx issidjat ġiet mitmuma minn Medvedev f’konfront eċċitanti ta’ ħames sets.

Medvedev, 27 sena, li qatt ma kien għadda mill-aħħar 16 qabel, għeleb lill-Amerikan, Christopher Eubanks 6-4 1-6 4-6 7-6 (7-4) 6-1.

Issa Alcaraz u Medvedev – li t-tnejn rebħu titli kbar fuq il-courts iebsin tal-US Open – se jippruvaw jaslu għall-ewwel finali tagħhom fuq il-ħaxix ta’ Wimbledon.

Fis-semi-finali l-oħra, it-tieni seed, is-Serb Novak Djokovic, li sejjer għat-tmien titlu tal-irġiel bl-istess rekord, se jiffaċċja lit-tmien seed, it-Taljan, Jannik Sinner.

Alcaraz u Rune huma meqjusa bħala tnejn mill-aktar prospetti sħan fil-logħba tal-irġiel, bl-aspettattivi jiżdiedu huma jistgħu jibnu rivalità eċċitanti fis-snin li ġejjin.

Alcaraz twieled ġimgħa biss wara Rune fl-2003 iżda huwa ċar li jinsab aktar ‘il quddiem fl-iżvilupp tiegħu, wara li diġà kiseb il-post numru wieħed fid-dinja u rebaħ l-ewwel titlu tiegħu ta’ Grand Slam.

Bi prestazzjoni dominanti fl-ewwel kwarti-finali tiegħu ta’ Wimbledon, l-Ispanjol prodiġjuż reġa’ wera li ż-żmien tiegħu diġà wasal.

Alcaraz issa sar l-iżgħar semi-finalista tal-irġiel ta’ Wimbledon minn Djokovic fl-2007.

Minbarra s-semi-finali bejn Alcaraz u Medvedev illum hemm ukoll dik bejn iċ-champion renjanti, is-Serb Novak Djoko­vic u t-Taljan Jannik Sinner, bir-rebbieħa jiltaqgħu fil-finali tal-Ħadd wara nofs inhar.

Sport