Wednesday, October 30, 2024

Wimbledon: Nick Krygios u Rafael Nadal fis-semifinali

Aqra wkoll

L-Ispanjol Rafael Nadal u l-Awstraljan Nick Krygios għaddew għas-semifinali tat-tournament ta’ Wimbledon meta fil-kwarti-finali tagħhom eliminaw lill-Amerikan Taylor Fritz u liċ-Ċilen Cristian Garin rispettivament.

Nadal ingħata battikata minn Fritz tant li l-logħba, li ħadet erba’ sigħat u nofs intrebħet fis-set de­ċiżiv wara li Fritz beda biex rebaħ l-ewwel set u wara komplew jalternaw ir-rebħ tas-sets bl-Ispanjol joħroġ rebbieħ 6-3 5-7 6-3 5-7 7-6 (10-4). 

Fit-tie-break Nadal fetaħ vantaġġ ta’ 5-0 iżda Fritz resaq żewġ punti viċin tiegħu meta għamilhom 5-3. Iżda l-istilla Spanjol wera ta’ liema kwalitá huwa magħmul meta għamilhom 9-3 u għar-rebħa kien jonqsu punt ieħor.

Dan ma ħadux għax Fritz naqqas id-distakk għal 9-4 peró Nadal issiġilla r-rebħa meta għalaq it-tie-break 10-4.

Kyrgios laħaq l-ewwel semifinali tiegħu tas-singles ta’ Grand Slam b’suċċess dirett fuq Cristian Garin.

Kyrgios rebaħ 6-4 6-3 7-6 (7-5) biex sar l-ewwel player Awstraljan mill-2005 li għadda mal-aħħar erbgħa f’Wimbledon.

Wara li laħaq it-tieni kwarti-finali tmien snin wara l-ewwel tiegħu, il-player ta’ 27 sena għamel prestazzjoni b’saħħitha ta’ service biex kompla javvanza.

Kyrgios waqa’ fuq dahru, dir­għajh mifruxa, hekk kif shot mitluf ta’ Garin ikkonferma postu fl-aħħar erbgħa.

In-numru 40 fid-dinja huwa s-se­mifinalista tal-irġiel fl-inqas rankings f’SW19 mill-2008, meta Marat Safin, fil-75 post, u Rainer Schuettler, fil-94 post, avvanzaw.

Garin, ta’ 26 sena, kien ipproduċa prestazzjoni mill-aqwa fir-round preċedenti biex għeleb lil Awstraljan ieħor, Alex de Minaur, iżda ma setax iżomm lil Kyrgios fil-mumenti ewlenin.

Ir-riżultat wasal ġurnata wara li ġie kkonfermat li Kyrgios se jidher il-qorti fl-Awstralja x-xahar id-dieħel b’rabta ma’ allegazzjoni ta’ attakk komuni.

Il-Brittaniku, Cameron Norrie, wasal sas-semifinali ta’ Wimbledon billi ssielet lura biex għeleb lil David Goffin f’logħba pjaċevoli u memorabbli ta’ ħames sets li ħal­liet lill-partitarji lokali jiċċelebraw ferħanin.

Id-disa’ seed Norrie, 26 sena, issielet ħafna biex kiseb rebħa ta’ 3-6 7-5 2-6 6-3 7-5 kontra l-Belġjan mhux issidjat Goffin.

Hekk kif ismu kien kantat madwar Court Numru Wieħed, Norrie kien maħkum mill-emozzjoni.

Norrie issa se jikkontesta l-ewwel semifinali tiegħu tal-Grand Slam, fejn jiltaqa’ maċ-champion renjanti, Novak Djokovic.

Mitlub għar-reazzjoni tiegħu kif għeleb lil Goffin, Norrie qal: “Ones­tament? Bla kliem. Lanqas nista’ nitkellem.”

Il-qawmien tal-eks champion, Simona Halep, kompla hekk kif waslet sas-semifinali b’rebħa oħra veloċi fuq l-Amerikana Amanda Anisimova.

Ir-Rumena Halep, li tinsab fis-16-il post tar-rankings, ikkunsidrat li tieqaf is-sena l-oħra minħabba injury iżda ċ-champion tal-2019 issa hija rebħa biss bogħod minn finali oħra f’SW19.

Halep, 30 sena, għelbet lis-seed numru 20, Anisimova, 6-2 6-4, f’siegħa u tliet minuti.

Iċ-champion darbtejn tal-Grand Slam issa se tilgħab kontra Elena Rybakina tal-Kazakistan, li għelbet lill-Awstraljana Ajla Tomljanovic.

Rybakina, issidjata fis-17-il post, issiġillat postha fl-aħħar erbgħa ftit wara Halep, meta ssieltet lura biex kisbet rebħa 4-6 6-2 6-3 fuq it-tfajla ta’ Matteo Berrettini li mhux issidjata.

Iż-żagħżugħa ta’ 23 sena saret l-ewwel player minn Kazakhstan – raġel jew mara – li laħqet semifinali tas-singles f’wieħed mill-erba’ tournaments tal-Grand Slam.

It-Tuneżina Ons Jabeur hija l-ogħla player klassifikata li fa­dal fil-polza tan-nisa u qed tagħmel tentattiv biex issir l-ewwel mara mill-Afrika li tirbaħ titlu maġġuri.

Jabeur kisbet rebħa fi tliet sets kontra ċ-Ċeka Elena Bouzkova li fiha tilfet l-ewwel set iżda spiċċat rebħet 3-6 6-1 6-1.

Kwarti-finalista f’Wimbledon is- sena l-oħra u fl-Australian Open fl-2020, hija kienet diġá saret l-ewwel Għarbija li laħqet l-aħħar tmienja fit-tournaments il-kbar u tinsab ferħana li marret aħjar meta issa tinsab fis-semifinali.

ILLUM: Semifinali tan-nisa: Tatjana Maria v Ons Jabeur; Simona Halep v Elena Rybakina.

Sport