Saturday, December 14, 2024

Wimbledon: Roger Federer se jiġi onorat

Aqra wkoll

Il-kisbiet taċ-champion tmien darbiet, f’Wimbledon, Roger Federer, se jiġu onorati b’ċerimonja speċjali fuq is-Centre Court, it-Tlieta.

Federer, li rtira mit-tennis is-sena l-oħra, se jiġi ċċelebrat qabel il-bidu tal-logħob, għall-ħabta tas-2.15 pm, ħin ta’ Malta.

L-Isvizzeru ta’ 41 sena rebaħ ħames titli konsekuttivi ta’ Wimbledon bejn l-2003 u l-2007, u żied rebħiet oħra fl-2009, 2012 u 2017.

Ir-rebħa finali tiegħu ratu jissupera r-rekord ta’ seba’ titli ta’ Pete Sampras fil-kategorija tal-irġiel.

Il-kap eżekuttiv ta’ Wimbledon, Sally Bolton, qalet li ċ-ċerimonja ta’ Federer, champion tal-Grand Slam għal 20 darba, ġiet irranġata biex “jonorawh bħala l-player li għandu l-aktar titli tas-singles hawnhekk. Ikollna mument biss biex niċċeleb­raw il-kisbiet tiegħu u ngħidu grazzi għall-memorji kollha,” hija żiedet tgħid.

Ekonomija

Sport