Spettatura li Nick Kyrgios irrefera għaliha bħala “sakranazza” waqt il-finali ta’ Wimbledon se tieħu passi legali kontra t-tennista Awstraljana.
Kyrgios, li tilef il-finali kontra Novak Djokovic, f’Lulju li għadda, qal li l-mara kienet tidher “qisha ħadet madwar 700 xarba” hekk kif ilmenta mar-referee dwarha.
Anna Palus issa tat struzzjonijiet lill-avukati biex jibdew proċeduri ta’ malafama kontra Kyrgios.
Hija qed takkuża lil Kyrgios b’allegazzjoni imprudenti u għal kollox bla bażi.
“Dan mhux biss ikkawża ħsara konsiderevoli fil-ġurnata, li rriżultat fit-tneħħija temporanja tiegħi mill-arena, iżda l-allegazzjoni falza tas-Sur Kyrgios ġiet imxandra u moqrija minn miljuni madwar id-dinja, u kkawża lili u lill-familja tiegħi ħsara u tbatija sostanzjali,” qaet Palus qal fi stqarrija mill-avukat Brett Wilson.
Waqt il-logħba Kyrgios qalet: “Qed tfixkilni meta nkun qed inservi f’finali ta’ Wimbledon … int fis-sakra minn moħħok … fl-ewwel filliera titkellem miegħi f’nofs il-logħba, allura qed nitlob li titkeċċa ‘l barra … naf liema hi .. hija dik li qisha ħadet madwar 700 xarba … qed titkellem miegħi kull darba li nieħu l-ballun.”
Palus, li attendiet għall-finali ma’ ommha, żiedet tgħid: “M’iniex argumentuża, iżda wara ħafna konsiderazzjoni kkonkludejt li m’għandi l-ebda alternattiva ħlief li nagħti struzzjonijiet lill-avukati tiegħi biex jibdew proċeduri ta’ malafama kontra s-Sur Kyrgios sabiex innaddaf ismi.”