MSPCA tellgħu post fuq il-midja soċjali fejn taw aġġornament fuq il-kelb Winston li ilu magħhom minn April li għadda.
MSPCA jirrakkontaw dwar kif kien Winston meta kkonfiskawh l-Animal Welfare. Huma qalu kif kien bil-ġuh u bl-għatx, sinjal li min kien jieħu ħsiebu ma kienx jitimgħu biżżejjed ikel, tant li kien għadma u ġilda.
MSPCA qalu wkoll lli dan il-kelb għandu madwar għaxar snin u mhux kif qalilhom sid il-keb. Sid il-kelb kien qal li kellu bejn 13 jew 14-il sena.
Fi fftit xhur il-kelb sar jiżen minn 27 kilo għal 40 kilo u sar b’saħħtu kif suppost għandu jkun. MSPA jittamaw li ssir ġustizzja ma’ Winston u li fl-aħħar jirnexxilu jsib dik id-dar li tassew tixraqlu biex ikun kuntent għall-bqija ta’ ħajtu.