Tuesday, December 16, 2025

Winston Muscat kowċ ġdid ta’ Naxxar Lions

Aqra wkoll

Winston Muscat huwa l-kowċ il-ġdid ta’ Naxxar Lions, ħabbar il-klabb tal-Malta Premier fi stqarrija.

Muscat jieħu post George Vella li rriżenja mill-kariga tiegħu nhar il-Ħadd.

Il-Lions bħalissa qed jiġġieldu biex iżommu l-istatus tagħhom fil-Malta Premier u ġejjin minn sensiela ta’ riżultati dipressanti li raw lit-tim jiġbor punt wieħed mill-aħħar erba’ logħbiet tagħhom, u jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika.

Għal Muscat, dan se jkun it-tieni perjodu tiegħu ma’ Naxxar Lions peressli kien inkarigat mill-klabb bejn Novembru 2011 u Ottubru 2014, fejn mexxa lit-tim għal 43 logħba.

L-aħħar impjieg ta’ Winston Muscat kien fit-tmun ta’ Ħamrun Spartans fit-tieni parti tal-istaġun li għadda, fejn irnexxielu jwassal lir-Reds għat-titlu tal-Premier League.

Madankollu, minkejja dan is-suċċess, l-ogħla ġerarkija ta’ Hamrun Spartans iddeċidiet li ma żżommx is-servizzi tiegħu u taħtar lill-kowċ Taljan Giacomo Modica.

Muscat mistenni jmexxi l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ ta’ Naxxar nhar it-Tnejn filgħaxija hekk kif jibdew il-preparamenti tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport