Tuesday, September 24, 2024

Winston Muscat m’għadux coach ta’ Marsaxlokk FC

Aqra wkoll

Fi stqarrija uffiċjali Marsaxlokk FC ħabbru li huma u l-Coach Winston Muscat kienu nfirdu bi ftehim reċiproku. Huma esprimew il-gratitudni sinċiera tagħhom għal dak kollu li kkontribwixxa lill-klabb.

Marsaxlokk qalu li: “Id-dedikazzjoni u t-tmexxija tiegħu ħallew marka li ma titħassarx fuq il-klabb tagħna. Taħt il-gwida tiegħu, Marsaxlokk FC għamlu r-ritorn trijonfanti tiegħu fil-futbol Ewropew – kisba li għal dejjem tibqa’ parti mill-istorja tal-klabb. Hu għakburi mhux biss lit-tim iżda lill-komunità kollha ta’ Marsaxlokk.”

“Hekk kif nimxu ‘l quddiem, nagħmlu dan bi gratitudni immens għall-vjaġġ li qsamna miegħek. Nawgurawlek l-aħjar fil-futur tiegħek.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport