Winston Muscat mhux se jkun qed imexxi lil Hamrun Spartans FC bħala kowċ matul l-istaġun li ġej wara ftehim reċiproku maċ-champions Maltin.
Muscat ħa t-tmexxija ta’ Hamrun Spartans f’Marzu li għadda meta ħa post Alessandro Zinnari, li tkeċċa minn kowċ wara sensiela ta’ riżultati negattivi.
L-eks kowċ ta’ Marsaxlokk kellu biċċa xogħol iebsa biex ireġġa’ lura lill-Isparatns għar-rebħ tal-unuri.
Madankollu, Muscat, mgħejjun mill-assistent tiegħu Stephen Grima, irnexxielu jgħin lit-tim jiskeb post fit-Top 6 u mbagħad fil-Final 4.
Hawnhekk, Muscat u l-istaff tekniku tiegħu taw riżultati tajbin hekk kif Ħamrun Spartans l-ewwel għelbu lil Floriana fis-semi-finali qabel ma għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 1-0 fil-finali hekk kif l-Spartans rebħu l-kampjonat għat-tielet staġun konsekuttiv.
Minkejja dan is-suċċess, il-president ta’ Ħamrun Spartans, Joseph Portelli, u l-amministrazzjoni mmexxija minnu ddeċidew li jsibu kowċ ġdid fit-tmexxija u infurmaw lil Muscat bid-deċiżjoni tagħhom f’laqgħa li saret iktar kmieni matul din il-ġimgħa.
Dan se jkun it-tielet staġun konsekuttiv li Ħamrun Spartans iddeċidew li jibdlu l-kowċ tagħhom fi tmiem l-istaġun, wara Branko Nisevic u Luciano Zauri ukoll ma kinux baqgħu jokkupaw il-kariga ta’ kowċ wara li mexxew lil Hamrun gaħr-rebħ tal-kampjonat.
Madankollu, huwa mifhum li l-iSpartans qed ifittxu kowċ barrani ġdid li jista’ jitħabbar b’mod uffiċjali fil-jiem li ġejjin.