Thursday, November 20, 2025

Wirdiena qaltlu “biex joqtol żewġt irġiel”

Aqra wkoll

Alexis Hernandez ta’ 25 sena minn Albuquerque fil-Messiku ġie arrestat wara li allegatament qatel żewġt irġiel.

Meta kien qiegħed jiġi mitkellem mill-Pulizija, Hernandez qal li hu kellu struzzjonijiet ċari minn wirdiena biex joqtol liż-żewġt irġiel.

Qal ukoll li l-istess insett kelmitu u qaltlu x’ħin għandu jispara. Fid-dar fejn seħħ id-delitt doppju kien hemm żewġt itfal u tlett adulti li ma sofrew l-ebda ġrieħi. Jidher li Hernandez kien qiegħed jikri appartament mingħand wieħed mill-irġiel u wara li kelmitu l-wirdiena mar id-dar tiegħu biex joqtlu.

Hu tressaq il-Qorti b’urġenza fil-Messiku u baqa’ jinżamm arrestat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport