Birkirkara: 1-Marcel Zapytowski, 4-Jovan Pajovic, 27-Alessandro Coppola, 5-Enrico Pepe, 77-Denis Custodio Ribeiro (7-Italo Montano Cortes 55), 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 8-Yannick Yankam (70-Omar Elouni 86), 42-Simon Zibo, 25-Neil Micallef (9-Jed Valletta 94), 10-Paul Mbong (11-Kurt Zammit 55), 99-Andrei Ciolacu (20- Weverton Gomes 86) Coach: Brian Chetcuti
NK Maribor: 1-Azbe Jug, 22-Martin Milec, 20-Max Watson, 23-Luka Uskokovic, 14-
Itsuki Urata (3-Mark Strajnar 81), 31-Ishaq Kayode Rafiu (17-Arnel Jakupovic 46), 15-Jan Repas (4-Blaz Vrhovec 92), 55-Marcel Lorber (11-Xhuliano Skuka 63), 8- Marko Bozic (30-Marin Lusic 46), 24-Marko Kolar, 7-Ivan Brnic Coach:
Referee: Martin Dohal (Slovakkja)
Ass. Referees: Adam Jekkel, Frantisek Ferenc (Slovakkja)
Raba’ Uffiċjal: Kristian Michel (Slovakkja)
Skorers: Y. Yankam pen. 19 (B), A. Jakupovic 80, X. Skuka 88 (M)
Ammoniti: M. Lorber, L. Uskokovic, M. Milec (M), E. Pepe, J. Pajovic, A. Coppola, K. Zammit (B)
Wirja qalbiena ma kinitx biżżejjed għal Birkirkara meta huma sfaw megħluba minn
NK Maribor bl-iskor ta’ 2-1 u b’hekk sfaw eliminati mill-UEFA Europa Conference
League. Dan wara li l-ewwel leg matul il-ġimgħa li għaddiet fis-Slovenja ntemm fi
draw ta’ 1-1 u b’hekk is-Sloveni kisbu l-kwalifikazzjoni bi skor aggregate ta’ 3-2.
Birkirkara pattew qares għal diżattenzjoni fid-difiża fiż-żewġ goals li sofrew u li
faċilment kienu evitabbli, b’NK Marobor ikunu pronti u jisfruttaw dawn l-iżbalji biex finalment kisbu l-kwalifikazzjoni.
Birkirkara kellhom lill-coach Taljan Giovanni Tedesco sospiż, biex minfloku assuma
r-responsabbiltajiet ta’ coach, l-assistent tiegħu, Brian Chetcuti.
Birkirkara rebħu penalty fis-17-il minuta meta Paul Mbong għadda tajjeb lejn Andrei Ciolacu li kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jaħbaa ma’ id difensur ta’ Maribor, Max Watson, fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu YANNICK YANKAM li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Maribor wieġbu 10 minuti wara, meta wara li rċieva minn cross mix-xellug, Marko
Kolar, ma rnexxilux jagħmel kuntatt mal-ballun li finalment intemm barra.
Il-kumplament tal-ewwel taqsima kien wieħed ikkaratterizzat minn ħafna logħob
f’nofs il-fround, fejn ma ġiet innutata l-ebda azzjoni oħra denja ta’ nota.
U dan ir-ritmu kajman, forsi anke minħabba s-sħana tremenda li laqtet il-gżejjer
Maltin, baqa’ fl-ewwel nofsiegħa tat-tieni taqsima. Dan sat-80 minuta meta Maribor irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta minn nuqqas ta’ marking kif suppost mid- difiża ta’ Birkirkara, Ivan Brnic, xeħet cross preċiż lejn is-sostitut ARNEL JAKUPOVIC li minn taħt il-lasta b’xamma kbira għall-goal, tefa’ ġewwa.
Birkirkara wieġbu żewġ minuti biss wara meta Italo Montano Cortes ittanta xortih
permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda sab lill-goalkeeper ta’ Maribor, Azbe Jug, attent.
Maribor skorjaw il-goal li kkundanna lill-Istripes u waqqa’ l-moral għal kollox
tagħhom fit-88 minuta meta XHULIANO SKUKA, dar mal-goalkeeper ta’ Birkirkara,
Marcel Zapytowski, biex tefa’ l-ballun f’lasta vojta.