Saturday, December 13, 2025

Wirja ta’ Presepji f’Palazzo Ferreria

Aqra wkoll

Din is-sena, l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta qed jorganizzaw wirja ta’ presepji fil-Palazzo Ferreria, il-Belt Valletta. Wirja li tirrifletti l-ħila tad-dilettanti Maltin li joħolqu atmosfera differenti tal-Milied minn sena għall-oħra. 

L-Orizzont tkellem mal-President tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta Noel Pace li qalilna li b’kollox hemm mal-40 presepju esebit, bi stili u karatteristiċi differenti. Huwa stieden lin-nies sabiex iżuru din il-wirja filwaqt li fakkar li s-sena d-dieħla l-Għaqda se tkun qiegħda tiċċelebra wkoll l-40 sena mit-twaqqif tagħha. 

Il-wirja se tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 28 ta’ Diċembru u d-dħul huwa bla ħlas. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport