Saturday, October 26, 2024

Wisq faċli għal San Ġiljan kontra Birzebbugia

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

San Ġiljan…………..15

Birzebbugia………….5

(3-0, 6-2, 4-2, 2-1)

San Giljan ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Birzebbugia bl-iskor kbir ta’ 15-5.

Għalihom spikka Ben Plumpton li rreġistra hat-trick personali, biex kompla jinkuruna staġun mill-aqwa.

L-iskor ta’ 3-0 fl-ewwel sessjoni ta bidu għal din ir-rebħa faċli hekk kif l-iskorers kienu Ben Plumpton, Darren Zammit u l-captain Matthew Zammit.

It-tieni sessjoni pproduċiet xejn inqas minn tmien goals, bis-Saints joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-2, bl-awturi tal-goals  ikunu Nicholas Bugelli, Jake Bonavia, Daniel Tully, Ben Plumpton (2) u Matthew Zammit. Ben Grech minn man-up, wara li tkeċċa Russell Caruana, u Giuseppe Mannino wkoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Daniel Tully, wieġbu għat-team minn Nofsinhar ta’ Malta.

San Ġiljan rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 4-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Daniel Fero minn man-up wara li tkeċċa Christian Mifsud, Russell Caruana, Nico Schiavone minn man-up wara li tkeċċa Keith Tanti u Peter Borg. Iż-żewġ goals għal Birzebbugia waslu minn Giuseppe Mannino minn man-up wara li tkeċċa Matthew Zammit u Gabriel Sammut.

Is-Saints għamlu l-en plain meta rebħu wkoll l-aħħar sessjoni, din id-darba bl-iskor strett ta’ 2-1, permezz ta’ Russell Caruana minn man-up wara li tkeċċa Ben Grech u Nikolai Zammit ukoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Simeon Bezzina. L-uniku goal għal Birzebbugia wasal minn Gabriel Sammut.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg (1), 3-Andreas Galea, 4-Nico Schiavone (1), 5-Russell Caruana (2), 6-Matthew Zammit (2), 7-Ben Plumpton (3), 8-Daniel Tully (1), 9-Jake Bonavia (1), 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit (1), 12-Nicholas Bugelli (1), 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva, 15-Daniel Fero (1) Coach: Zeljko Kovacic

Birzebbugia: 1-Miguel Vassallo, 2-Julian Farrugia, 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech (1), 5-Christian Mifsud, 6-Ryan Mock, 8-David Cutajar, 9-Simeon Bezzina, 10-Keith Tanti, 11-Giuseppe Mannino (2), 12-Miguel Curmi, 13-Matthew Sladden, 14-Gabriel Sammut (2), 15-Manuel Giarratana Coach: Pierre Borg

Referees: Attilio Paoletti, Peter Balzan

Sport