Thursday, July 31, 2025

Wisq kont qalbek tad-deheb

Aqra wkoll

Messaġġ imqanqal inkiteb fl-aħħar sigħat minn Andreas Zammit, li jiġi neputi ta’ Anthony Agius, vitra ta’ sparatura fil-Kunċizzjoni. Ma Agius inqatel ukoll Dennis Mifsud.

“Ilum u kont naf kemm kien jaħdem iż-ziju Ton. Wisq kien qalbu tad-deheb. Kemm kont maħbub ma’ kulħadd u kellek dak il-prodot sabiħ li rajt dalgħodu stess. Dik il- kaxxa li kont thallilha wara l-bieb lil ommi jew   fuq il-mejda u kemm ġibtilna dulliegħ u frott. Sa din il-ġimgħa ħtaft lil ommi għax xtrat. Għedtilha għax ma għedtlix kont inġiblek milli baqa’.    Qatt ma naf li konna mċaħħdin mill-frott,  ħaxix, patata, minn kollox. Dalgħodu rajt b’għajnejja kemm kont kapaċi u tieħu ħsieb. 

Grazzi ta li għamilt magħna u nibqa’ nfaħħrek. Żgur li int m’għamiltx ħażin f’ħajtek għax bilkemm kont tkellimna. Kont inċempillek biex ngħidlek nagħmlu fenkata u tgħidli ngħid l-Elvin u dejjem organizzajtilna sal-Ħadd stess. Kull fejn tkun kulħadd iħobbok żgur. Kemm ċempluli u qaluli   fuqek. Li kont tmur magħhom  bil-crane. 

Qaluli li bilkemm kont tkellimhom   ħlief biex tgħidilhom fejn trid tarma  u lit-tfal żammejthom dejjem ‘top’ bl- għarajjes ukoll.  X’kien jonqosna ma nafx zi. Dik id-daħka fuq wiċċek.   Ma nafx x’naqbad inkompli ngħid. Grazzi mhux biżżejjed

– Andreas Zammit, neputija ta’ Anthony Agius

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport