Thursday, October 10, 2024

Wojciech Szczesny jista’ jirtira mill-futbol

Aqra wkoll

L-aġent tal-goalkeeper Pollakk Wojciech Szczesny qed jaħdem sabiex ixolji l-kuntratt li għandu ma’ Juventus. L-eks plejer ta’ Arsenal ilu seba’ snin mal-Bianconeri iżda wara l-akkwist ta’ Michele di Gregorio mingħand Monza, hu qed jaħsibha x’għandu jagħmel.

Hemm min qed jgħid li Szczesny jista’ saħansitra jdendel l-ingwanti tal-futbol jekk ma tiġix offerta konkreta.

I Bianconeri qed jaħdmu fuq dawn it-taħditiet li jidhru li għandhom iwasslu għal xi forma ta’ ftehim.

Sport