Friday, September 27, 2024

Wojciech Szczesny ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Filli kien se jirtira filli reġa’ bdielu! Hekk hi l-istorja ta’ Wojciech Szczesny li kien għadu kemm xolja l-kuntratt ma’ Juventus sabiex idendel l-ingwanti.
Minkejja kollox, Barcelona kellhom bżonn element bejn il-lasti wara li Marc Andre Ter Stegen weġġa’ u se jkollu jibqa’ barra għal numru ta’ ġimgħat.

Id-diriġenti Katalani kellhom laqgħa ta’ malajr mal-goalkeeper Pollakk u wara li evalwa sew il-proposti mressqa lilu, iddeċieda li jaċċetta din l-offerta.

Bħalissa l-eks goalkeeper ta’ Arsenal qed jitħarreġ f’Marbella fi Spanja u fadal biss l-aħħar dettalji sabiex isir plejer Blaugrana.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport