Saturday, September 14, 2024

Wojciech Szczesny ma’ Monza?

Aqra wkoll

Monza qed jaħsbu sabiex jakkwistaw is-servizzi tal-goalkeeper veteran Pollakk Wojciech Szczesny.

Huwa għandu 34 sena u ilu seba’ snin jgħasses il-lasti ta’ Juventus. Hu jaf li l-goalkeeper li Juventus ħadu proprju mingħand Monza Michele de Gregorio jista’ jnaqqaslu ċ-ċans li jilgħab fl-ewwel ħdax u għalhekk qed jiġih ħsieb jipprova jmur mal-proġett il-ġdid tal-kowċ ta’ Monza Alessandro Nesta. Id-diriġent ta’ Monza Adriano Galliani qal li dawn ix-xnigħat huma korretti u huma se jagħmlu minn kollox biex iġibuh lejn dan it-tim.

Ekonomija

Sport