Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru 2025, fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mit-twaqqif tagħha, l-Organizzazzjoni Volontarja Electronic Music Malta (EMM) bi kburija tilqa’ fil-gżejjer tagħna lill-leġġendarju Wolfgang Flür (ex-Kraftwerk) bil-proġett tiegħu Musik-Soldat.
Bħala l-perkussjonist elettroniku ikoniku tal-grupp Ġermaniż pijunier Kraftwerk, Flür kien ħolqa mportanti mill-kullana tad-deheb tal-mużika elettronika, fejn ta sehmu b’mod dirett minn albums Autobahn (1974) sa Electric Café (1986).

Wolfgang ser jagħti spettaklu ibridu bejn live u DJ set, akkumpanjat minn Peter Duggal mir-Renju Unit – artist ta’ mużika elettronika li wettaq xogħlijiet oriġinali f’diversi festivals u postijiet fir-Renju Unit u fl-Ewropa. Duggal ikkollabora b’mod estensiv ma’ Flür u ma’ ismijiet influwenti bħal Juan Atkins u Ulrich Schnauss.
Il-programm ta’ dan l-avveniment jinkludi ukoll artisti lokali stabbiliti fix-xena tal-mużika elettronika li huma: RAIM (Sound Synthesis vs Acidulant), Duo Blank u Faddy.
L-avveniment ser isir fil-Liquid Club, San Ġwann u l-bibien jinfetħu fl-10.00pm.
Il-prezzijiet tal-biljetti huma kif ġej: €20 early bird, €25 normal, u €30 mill-bieb.
Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq il-paġni ta’ EMM fuq il-midja soċjali:
facebook.com/electronicmalta
instagram.com/electronicmusicmalta
EMM hija appoġġata mill-Kunsill Malta għall-Arti. L-avveniment jagħmel parti mill-programm annwali Circuits, u huwa appoġġat ukoll mill-miċ-Ċirku Ġermaniż-Malti u Black Box Pro.