Monday, November 24, 2025

Woodland Christmas Market: Avveniment Sostenibbli fil-Park Nazzjonali ta’ Malta, Ta’ Qali

Aqra wkoll

Ħaddan il-maġija tal-istaġun tal-festi b’laqta ta’ sostenibbiltà fil-Woodland Christmas Market, avveniment familjari li se jsir mis-Sibt 6 ta’ Diċembru, sal-Ħadd 14 ta’ Diċembru, 2025, ġewwa lOak Tree Circle fil-Park Nazzjonali ta’ Malta ta’ Ta’ Qali. Din iċ-ċelebrazzjoni titrasforma ssbuħija naturali tal-park f’atmosfera tal-Milied indimentikabbli li tidwi, imżejna b’dekorazzjonijiet festivi u dwal kuluriti.

Kollox huwa maħsub biex ma jagħmilx ħsara lill-pjaneta; is-suq jinkludi stalls mill-Eco Market li juru varjetà ta’ prodotti ekoloġiċi u sostenibbli, ideali għal xiri konxju tal-Milied. Il-viżitaturi se jiskopru rigali uniċi minn artiġjani u NGOs lokali—kollha mingħajr plastik u ddisinjati biex inaqqsu l-impatt ambjentali.

Il-familji bit-tfal żgħar se jieħdu gost bl-iskeda mimlija b’attivitajiet b’xejn fi tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi. Il-punti ewlenin jinkludu stazzjon ta’ tpinġija kreattiva, workshops tal-arti fejn it- tfal joħolqu oġġetti uniċi, scavenger hunts b’sorpriżi, u face painting. Santa u Mrs. Klaws se jagħmlu apparenzi speċjali, magħqudin ma’ mascots maħbubin bħal Olaf minn Frozen.

Ser ikun hemm ukoll il-Kids4Kids Market, fejn bejjiegħa żgħar ibigħu oġġetti li għamlu b’idejhom. L-adulti jistgħu jirrilassaw fl-parti tal-ikel rinnovata, fejn jistgħu jduqu selezzjoni diversa ta’ ikel staġjonali u tradizzjonali Malti, kif ukoll ikel internazzjonali.

Se jkun hemm kjosk tal-frott frisk, mulled wine, u assortiment ta’ kejkijiet u ħelu.
Id-divertiment live ser jinkludi kor tat-tfal, duo Sud Amerikan vibranti b’diski tal-Milied moderni kif ukoll klassiċi, kantanti u pjanisti mimlija talent, u r-ritmi ta’ Tikka Banda.

Id-dħul għall-Woodland Christmas Market huwa b’xejn, u huwa avveniment aċċessibbli u inklużiv għall-etajiet kollha—minn tfal sa nanniet. Il-post joffri fejn tpoġġi u tistrieħ, spazji miftuħa taħt is-siġar kif ukoll parking, b’aċċessibbiltà sħiħa għal viżitaturi b’diżabilità.

Sigħat tal-ftuħ:
Is-Sibt 6, il-Ħadd 7, it-Tnejn 8, is-Sibt 13, il-Ħadd 14 ta’ Diċembru; mill-10am sat-8pm. It-Tlieta 9, l-Erbgħa 10, il-Ħamis 11 u l-Ġimgħa 12; mill-4pm sas-7pm.

B’appoġġ sħiħ mill-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, il-Woodland Christmas Market jenfasizza limpenn tal-Eco Market biex inqajmu iktar kuxjenza dwar kawżi ambjentali, u jistieden lillkomunità biex tiċċelebra b’mod responsabbli.

Għal aktar dettalji jew mistoqsijiet, ikkuntattja: Email: [email protected]
Phone/WhatsApp: +356 9925 7337

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport