Il-Belġjan, Wout van Aert (Team Jumbo-Visma) rebaħ l-20 stadju tat-Tour de France li kien bejn Lacapelle-Marival u Rocamadour li kien kompost minn time trial fuq distanza ta’ 40.7 kilometri.
Huwa rreġistra ħin ta’ 47 minuti u 59 sekonda u kien segwit mid-Daniż Jonas Vingegaard (Team Jumbo-Visma) li prattikament tejjeb il-ħin tiegħu f’ras il-klassifika hekk kif illum dan it-Tour jiġi fi tmiemu.
Fit-tielet post temm is-Slovakk, Tadej Pocagar (UAE Team Emirates).
Jidher li Vingegaard, li għandu ħin ta’ 76:33.57, se joħroġ rebbieħ meta fil-klassifika ġenerali għandu vantaġġ ta’ 3 minuti u 34 sekondi fuq l-eqreb rival, Pogacar.
Il-Ħadd issir l-aħħar tellieqa li tkun bejn La Defense Arena u Champs-Elysees.