F’daż-żmien sabiħ tal-Għid il-Kbir, il-Klabb tal-Wu Shu Ky għal darb’oħra organizza ‘Light Contact Sparring Competition’ taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni internazjonli W.M.A.C. Il-Kowċ Wayne Camilleri huwa r-rappreżentant tal- Federazjoni ġewwa pajjiżna fejn jara li l-istandard tal-Light Contact jinżamm waqt li qassam ċerifikati ta’ parteċipazzjoni.
Din is-sena, il-kompetizzjoni kienet bejn erba’ klabbs lokali fosthom The Basement Kickboxing Club, Team Zahra, Wu Shu Ky Kickboxing Club u l-klabb il-ġdid Boom Combat Forge immexxi mill-Kowċ, Jesred Piscopo.
Mistoqsija tajba fejn is-Sensei Alan Borg wieġeb li dis-sena qed jagħlaq 10 snin fil-kowċing, u l-għan tiegħu fl-isport lokali hu li jħajjar klabbs oħra jirnexxu billi jgħin u jinvolvi klabbs ġodda, li sfortunatament ġewwa pajjiżna ma tantx isseħħ.
Alan Borg qal: ‘Kull mn jafni, jien bħala Head Coach tal-klabb, il-pjaċir tiegħi li nara klabbs bħal tal-BOOM jirnexxu. Fl-aħħar mill-aħħar, l-istudenti ħa jgawdu billi jikkompetu u jaqsmu l-esperjenzi bejniethom.
Dal-weekend ikkompetejna kontra xulxin u fix-xahar ta’ Mejju telgħin flimkien bħala Tim Nazjonali Malti nirrapreżentaw lil pajjizna fil-European Championships ġewwa s-Slovenja.
It-Tim tiegħi bl-għajnuna tal-instructors dedikati Robert Cassar u Wayne Camilleri kburin bil-wirja li taw l-istudenti tagħna, fejn ksibna ħames rebħiet. Nifraħ lill-atleti tfajliet fejn għall-ewwel darba kkompetiet Quinn Muscat fejn rebħet il-bout tagħha u lil Ella Zarb fejn uriet teknika sabiħa.
Jake Simpson u Silvio Zahra rebħu l-bouts tagħhom b’kunfidenza għalkemm it- tnejn urew id-determinazzjoni u sarrfu dak li tgħallmu ġewwa t-taħriġ li jsir fi- WSK Club.
Ma nistax ma nsemmix tenna l-Head Coach Alan Borg il-‘Fighter of the event’, il- Brown Belt Isaac Abela fejn wera teknika preċiża, spinning kicks li skorja perfettament bihom, clean punches, body shots u ħeffa fid-difiża. Huwa fighter komplut, rispettat, ta’ ftit kliem peró li jagħti pjaċir lill-udjenza bil-ħiliet tiegħu.
Tajjeb insemmi, li bħal daż-żmien sena ġewwa San Marino, il-Federazzjoni irrikonoxxietu bħala r-‘Respect & Fair Play Athlete’.
Nawgura l-istess lil dawk li tilfu, għalkemm jien ma tantx nħobb nuża l-kelma ‘tlifna’, peró, ‘ma rbaħniex’ u hemm lok ta’ fejn irridu nirranġaw ħalli ntejbu l- iżbalji.
Il-fights kollha ġew irrefjati minn Master Dale Hamilton bl-assistenza ta’ Master Kenneth Scerri, filwaqt li l-ġudikatura kienet ġusta ħafna mmexxija minn persuna esperjenzata – l-Instructor Dorothy Tanti fejn assistewha s-Sur Damian u Luke Bartolo fil-ġudikatura.

