Saturday, November 9, 2024

Xabbatura Iranjana tintbagħat il-ħabs għax irrifjutat li tilbes il-hijab

Aqra wkoll

Xabbatura Iranjana li rrifjutat tilbes il-hijab waqt kompetizzjoni fil-Korea t’Isfel intbagħtet il-ħabs mar-ritorn tagħha f’pajjiżha. 

Elnaz Rekabi, 33 sena, ikkompetiet fit-tournament ta’ Seoul nhar il-Ħadd mingħajr ix-xalpa tar-ras li hija mandatorja mill-istat, f’sinjal ta’ solidarjetà għall-protesti fuq livell nazzjonali f’art twelidha li nħolqu mill-mewt ta’ Mahsa Amini meta kienet fil-kustodja tal-pulizija.

Din il-mossa ta’ Rekabi ġiet imfaħħra mad-dinja kollha iżda ġibdet kritika ħarxa mill-awtoritajiet Iranjani li jitolbu li atleti Iranjani nisa jridu jgħattu xagħarhom b’hijab u dirgħajhom u riġlejhom bi ħwejjeġ ħfief, anke meta jikkompetu barra minn pajjiżhom. 

Sadanittant, Rekabi poġġiet post ta’ apoloġija “suspettuż” fuq Instagram  fejn qalet li l-hijab waqgħet bi żball minn ġo rasha. 

Iżda hija ġiet trasferita mill-ajruport direttament għall-ħabs. 

Sport