Saturday, November 23, 2024

Xadini jisirqu kampjuni ta’ testijiet tad-demm għall-Covid-19 wara li jattakkaw assistent ta’ laboratorju

Aqra wkoll

Grupp ta’ xadini attakkaw assistent ta’ laboratorju u ħarbu b’batch ta’ kampjuni ta’ testijiet tad-demm li riedu jiġu ttestjati għall-Covid-19. L-inċident mill-aktar stramb seġġ fil-viċinanzi tal-Kulleġġ Mediku Meerut, f’Delhi, l-Indja.

Skont il-midja lokali l-annimali ħatfu l-kampjuni tad-demm li kienu ttieħdu minn tliet pazjenti u ħarbu jiġru bihom.

Waħda mix-xadini aktar tard intlemħet fuq siġra tigdem wieħed mill-kampjuni.

Matul dawn l-aħħar snin ix-xadini rriżultaw li kienu qed ikunu dejjem aktar problematiċi f’żoni urbani fl-Indja. Madankollu esperti qed jaħsbu li l-miżuri ta’ lockdown li ddaħħlu fis-seħħ matul dawn l-aħħar xahrejn wasslu biex ix-xadini jrabbu aktar kuraġġ.

Rapporti fil-midja lokali qed jgħidu li x-xadini qed jinġemgħu f’żoni ta’ Delhi li normalment ikunu ffullati bin-nies.

Sport