Wara li tilfu kontra Girona fil-kampjonat Spanjol u kontra Antwerp fil-UEFA Champions League, il-partitarji ta’ Barcellona qed jipprotestaw mad-diriġenti fuq it-tmexxija li mhux dejjem tkun tajba tal-kowċ Xavi.
Anke l-gazzetti influwenti Spanjoli qed ikunu ferm iebsa mal-kowċ fejn saħansitra hemm minnhom li jridu li jinbidel il-kowċ.
Minkejja kollox, kemm il-president Joan Laporta kif ukoll id-direttur sportiv Deco qalu li għandhom fiduċja assoluta f’Xavi.