Hekk kif il-kowċ Xavi ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Barcelona, dan tal-aħħar se jaħdem sabiex isaħħaħ it-tim għas-sena d-dieħla għalkemm irid iżomm l-ispejjez baxxi kemm jista’ jkun minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja mhux daqshekk tajba tal-klabb minn Camp Nou.
F’moħħ Xavi hemm li jġib plejer f’nofs il-grawnd li kapaċi jgħaqqad id-difiża mal-attakk.
Sadanittant Xavi ġedded il-kuntratt tiegħu sas-sena 2026.