Sunday, November 10, 2024

Xavi Hernandez jirrifletti dwar id-diżappunt tal-eliminazzjoni ta’ Barcelona mill-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Barcelona Xavi Hernandez irrifletta dwar id-diżappunt tat-telfa f’darhom kontra Bayern Munich bl-iskor ta’ 3-0 u l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League.

Ir-rebħa ta’ Inter fuq Viktoria Plzen bl-iskor ta’ 4-0, li l-players ta’ Barcelona raw bħala grupp qabel il-partita tagħhom stess ma’ Bayern Munich, kienet tfisser it-tmiem tal-parteċipazzjoni tagħhom f’din il-kompetizzjoni għat-tieni sena konsekuttiva.

Xavi sostna li r-riżultat ta’ Inter qatel kull motivazzjoni tal-players tiegħu biex jiffaċċjaw lil Bayern.

“Illum ma lħaqniex il-livell tagħhom, kienu aħjar minna. Fi Munich, tajna l-massimu tagħna iżda din id-darba l-Bavarjani kienu ferm aħjar minna.

“L-eliminazzjoni affettwatna psikoloġikament. Għada, nitħarrġu u naħsbu dwar il-kampjonat. Kien hemm aspettattivi kbar, kellna grupp diffiċli. Id-destin kien krudili magħna … iżda fil-veritá ma konniex tajbin.

“Irridu nifhmu li qed nitkellmiu dwar falliment, iżda minn ġewwa rridu nagħmlu analiżi differenti.

“Ma konniex fil-livell tagħna minħabba l-effettività jew żbalji li kkommettejna. Il-mod kif sfajna eliminati mill-kompetizzjoni kien verament krudili. Jekk nanalizzaw il-logħbiet l-oħra, nemmen li kien ħaqqna aktar.

“Is-sitwazzjoni hi dik li hi u għaldaqstant irrid nirriorganizzaw u nibdew naħsbu għall-isfida tar-rebħ tal-kampjonat domestiku.”

Sport