Friday, December 13, 2024

Xavi jidentifika lil Yuri Alberto bħala mira possibbli għal Barcelona

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Barcelona, Xavi identifika lill-attakkant ta’ Internacional, Yuri Alberto, bħala mira possibbli tat-trasferiment.

Il-ġganti Spanjoli jinsabu fis-suq biex jiskbu rinforzi fl-attakk wara li l-attakkant li akkwistaw fis-sajf Sergio Aguero kien sfurzat jirtira b’kundizzjoni tal-qalb il-ġimgħa li għaddiet.

Ansu Fati u Martin Braithwaite wkoll tħabtu b’injuries dan l-istaġun, filwaqt li Luuk de Jong skorja darba biss minn meta ngħaqad mal-Katalani b’self mingħand Sevilla.

Ferran Torres u Edinson Cavani huma maħsuba li jinsabu fil-quċċata tal-lista tax-xewqat ta’ Xavi għat-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, filwaqt li players bħal Hakim Ziyech, Mason Greenwood, Marcus Rashford u Erling Braut Haaland ġew ukoll marbuta ma’ ċaqliq lejn il-Camp Nou.

Barcelona issa żiedu lil Alberto mal-lista ta’ xewqat tagħhom, wara li kienu impressjonati bil-prestazzjonijiet tal-player ta’ 20 sena fl-ogħla diviżjoni Brażiljana dan l-istaġun.

L-attakkant skorja 19-il goal f’55 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u stabbilixxa lilu nnifsu bħala membru ewlieni tat-team Internacional, u Xavi jemmen li l-abbiltà tiegħu li jilgħab kullimkien fl-attakk ikun tajjeb għall-istil li qed ifittex li jimplimenta ma’ Barcelona.

Barcelona iqisu lil Yuri Alberto bħala għażla fit-tul minn uħud mill-ismijiet l-oħra fuq il-lista tal-miri tagħhom, iżda jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni għall-firma tiegħu minn Arsenal u AC Milan.

Ekonomija

Sport