Thursday, January 22, 2026

Xavier Rizzo jikkwalifika mal-aħħar 16 fil-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Juniors

Aqra wkoll

Xavier Rizzo wara li kkwalifika u rebaħ il-grupp waqt Kampjonati tad-Dinja tas-Snooker tal-Federazzjoni Dinjija tas-Snooker (WSF) li qed isiru f’Sofia il-Bulgarija, fl-istess jum huwa ssupera r-rawnd tal-aħħar 32 waqt biex issa jinsab mal-aħħar sittax ta’ dan il-kampjonat.

L-avversarju ta’ Rizzo f’din il-fażi tan-knock out kien ir-Rumen, Iustin Ilie Scripei li rebaħ l-ewwel frame minkejja li ż-żgħażugħ Malti wettaq break ta’ 50 punt li s’issa huwa l-aħjar break tiegħu f’din il-kompettizjoni. Rizzo ddomina u rebaħ iż-żewġ frames suċċesivi iżda r-Rumen reġa ġab il-konfront f’parità. Rizzo għal darba’oħra reġa wera superjorita fuq l-avversarju biex rebaħ żewġ frames oħra konseuttivi u għalaq il-konfront bl-iskor ta’ 4-2 bil-punteġġi tal-frames ikunu 53-65, 77-27, 81-1, 21-70, 65-33 u 55-33.

Il-Ħamis fid-9 a.m., ħin ta’ Malta, Rizzo issa jerġa jilgħab fir-rawnd tal-aħħar 16 kontra t-Tajlandiż ta’ 16-il sena, Prin Ratmukda. Bla dubju dan iż-żgħażugħ Asjatiku huwa wieħed mill-aħjar plejers f’din il-kompettizjoni tant li s’issa għadu ma tilef l-ebda frame u rebaħ is-sittax il-frame fil-ħames partiti li lagħab. Fir-rawnd tal-aħħar 32 huwa rebaħ lill-Iskoċċiż, Jack Borwick li f’Malta tliet snin ilu kien rebaħ il-Kampjonat Ewropew ta’ taħt is-16-il sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport