Tuesday, November 26, 2024

Xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa lil Ghana

Aqra wkoll

Minn Grupp H, fis-2.00 pm, il-Korea t’Isfel jiffaċċjaw lil Ghana li jistgħu jiġu eliminati mill-kompetizzjoni jekk joħorġu telliefa.

Il-Korea t’Isfel ġabru dak li jista’ jkun punt siewi kontra l-akbar rivali tagħhom fil-grupp, l-Urugwaj. Huma spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals, iżda kellhom iċ-ċansijiet li jirbħu l-logħba.

Fir-rigward tal-Ghana, telfa għalihom teliminahom minn din l-edizzjoni, peress li mhux se jkunu jistgħu jilħqu lil wieħed mit-tliet timijiet l-oħra. Dan filwaqt li rebħa hija imperattiva għalihom peress li tista’ tgħinhom bil-kbir biex jikkwalifikaw.

Għall-Kora t’Isfel, Son Heung-Min sofra injury f’wiċċu li setgħet iżżommu barra minn dan it-tournament, iżda beda l-logħba kontra l-Urugwaj b’maskra tal-wiċċ, u għandu jilgħab f’din il-partita minħabba li l-kontribut tiegħu huwa tant bżonnjuż.

Min-naħa l-oħra, il-Ghana ma sofrew l-ebda injuries fl-ewwel logħba tagħhom kontra l-Portugall, u għalhekk għandhom skwadra sħiħa għad-dispożizzoni f’partita li jridu jirbħu jekk iridu jibqgħu javvanzaw.

Sport