Monday, December 23, 2024

“Xejn ma ppreparani għal dak li qed niffaċċja issa”

Pumpier bi snin twal ta’ esperjenza jilmenta fuq nuqqas ta’ riżorsi

Aqra wkoll

In-nirien li ħakmu lill-Ewropa f’dawn il-ġranet minħabba t-temperaturi rekord li qegħdin nesperjenzaw, qegħdin ikunu ta’ sfida kbira għall-pumpieri li għaddejjin f’ħidma intensiva biex jikkontrollawhom. Fir-Renju Unit quddiem din il-kriżi tal-klima ġie fuq sieq waħda wara li naqqas il-frontliners b’11,500-il ħaddiem u issa mhuwiex attrezzat biżżejjed biex jilqa’ għal din il-kriżi serja.

“Għal aktar minn 27 sena kont naħdem bħala pumpier fejn iġġielidt ħafna nirien bla kontroll u avvenimenti estremi oħra iżda bħalissa qiegħed nara b’għajnejja stess kemm dawn qegħdin iseħħu aktar ta’ spiss u estremi. Fl-istazzjon li kont naħdem qabel f’Herne Bay fil-kosta ta’ Kent, kellna apparat speċjalizzat biex nitfu nirien bla kontroll (wildfires) u konna nivvjaġġaw għal mili sħaħ biex nikkontrollaw nirien tul medda kbira ta’ art. Però, xejn ma pprepani biżżejjed għal dak li qegħdin niffaċċjaw bħalissa minħabba l-mewġ ta’ sħana li għandna”. 

Hekk stqarr pumpier f’intervista li kellu fuq “The Guardian” li saret proprju f’uħud mill-agħar ġranet ta’ sħana li qatt esperjenza r-Renju Unit fl-Istorja tiegħu. Dan il-pumpier stqarr li hekk kif it-temperaturi baqgħu jippersistu, huma bħala ħaddiema ċivili jinsabu f’qagħda kritika ħafna u dan minħabba li hemm nuqqas ta’ pumpieri. Huwa kien ma’ ħames pumpieri oħra jippruvaw jikkontrollaw nirien li ħadmu 40 siġra. Dan minħabba li ma kellhomx kollegi oħra magħhom għax uħud minnhom kellhom jintbagħtu jikkontrollaw nirien kbr f’Dartford fejn ukoll hemm nuqqas ta’ riżorsi umani.

Il-problema ta’ nuqqas ta’ riżorsi u ħaddiema għas-servizz tat-tifi tan-nar fir-Renju Unit ila tippersisti minn mindu twaqqfu fondi mill-gvern ċentrali fl-2010.

Ekonomija

Sport