Tuesday, March 18, 2025

Xeni xokkanti… tfal mejtin… oħrajn imbiċċra f’attakk minn Iżrael fuq l-Isptar Baptist Alahli f’Gaża

Aqra wkoll

Xeni xokkanti f’filmati u ritratti imxandra mill-Isptar Baptist Alahli f’Gaża. Attakk minn Iżrael fuq l-isptar ħalla ħerba. Tfal imbiċċra. Kollhom dmija. L-attakk sar waqt li tfal kienu reqdin. F’dan l-attakk aktar minn 330 Palestinjan.


Il-ġurnalist Ayman Mohyeldin, wara li seħħ dań l-attakk iddikjara li “wara 16-il jum fejn kienet qiegħda tiġi imblokkata għal kollox l-għajnuna kollha f’Gaża, Iżrael reġa’ beda dak li hu meqjus bħala ġenoċidju f’Gaża u ddikjara li kien qed jikser il-waqfien mill-ġlied.

Dan ġara f’ġimgħa fejn il-Prim Ministru tal-Iżrael keċċa lill-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà ta’ Iżrael li kien irrappurtat li kien qed jintensifika l-investigazzjoni tiegħu dwar l-aġir allegatament kriminali tal-Prim Ministru Netanyahu. L-attakk seħħ wara li sar magħruf li Iżrael issabotaġġja taħditiet diretti tal-Istati Uniti mal-Ħamas biex jinħelsu ostaġġi u possibilment itemmu l-gwerra.

U issa qed issostni b’mod konvenjenti mingħajr ebda evidenza li l-Ħamas kien qed jipprepara b’mod imminenti attakk ieħor stil dak tas-7 ta’ Ottubru fuq Iżrael. Donald Trump jidher lest li jsegwi l-istess destin tal-predeċessur tiegħu, billi jiġi mmanuvrat mill-aktar gvern ultra-nazzjonalista estrem ta ‘Iżrael.

Għal darb’oħra l-Istati Uniti qed turi li m’għadhiex superpotenza iżda isem biss fadlilha u tilfet il-poter li teżerċità ir-rieda tagħha fuq l-avversarji, l-għedewwa jew saħansitra l-alleati.”

Dan l-attakk mistenni jixpruna għadd ta’ protesti madwar id-dinja fejn diġa għadd ta’ għaqdiet bdew jiktbu lill-gvenijiet tagħhom biex jikkundannaw l-attakk.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport