FL-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Andrew Schembri, il-kitarrist tal-grupp Brikkuni li miet fl-eta ta’ 29 sena.
F’messaġġ li kiteb il-grupp qal li “X’għamiltilna Drin! X’għamiltilna!”. Huma komplew jgħidu li “nafu li s-sorpriżi huma l-firma speċjali tiegħek. Li l-imprevidibbilita hija l-ħobża u l-klijenta favorita tiegħek. Imma din stajt frankajtielna sieħeb.”
“Nies bħalek ma jitwieldux kull sena. Veru kont ġenju kreattiv żgħir. Min m’għarafx dan mhux se noqgħod nipprova naħli bżieq nipperswadih,” kitbu l-grupp li tiegħu Andrew kien membru speċjali.
Membru tal-grupp kompla jikteb li “l-aħħar li rajtek konna qiegħdin inħarsu lejn iċ-ċafċifa tal-Baħar l-Għadira waqt li neċċitaw irwieħna dwar il-prospetti infinit… Għannaqna lil xulxin u għedna l-kelma maġika li bejn l-irġiel donnha tant tiġi diffiċli… Inħobbok… Anke jien inħobbok Mar.”