Thursday, December 26, 2024

“Xħin Yorgen qallu bid-delitt, Keith Schembri Kesaħ”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’awla 22, quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, dalgħodu kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-konfront tal-aħwa George u Alfred Degiorgio u Vincent Muscat, li jinsabu mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

2:30 p.m: Jintemmu s-smigħ tar-recordings. L-assistent Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia jgħid li hemm oħrajn iżda dawn se jinstemgħu waqt l-inkjesta.

Is-seduta li jmiss se tkun il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju fil-11 a.m.

1:35 p.m: Theuma qal ukoll li Yorgen kien qallu li Vince Muscat kien tħaddet ma’ xi persuna li qed jiskonta sentenza fil-ħabs fuq droga, u qallu li dan allegatament kien qiegħed jitkellem.

F’recording ieħor jissemma Yorgen jgħid lil Theuma “dak ikun l-ikbar żball li qatt nista’ nagħmel”, iġifieri li jkellem lill-Prim Ministru.

1:00 p.m: Huwa qal li Yorgen kien jgħidlu li kien iġib l-informazzjoni dwar il-maħfra ta’ Vince Muscat mingħand Keith Schembri u s-Sur Silvio Valletta.
Ix-xhud żied jgħid: “Yorgen lili qalli li Keith Schembri daħal fiha ħabba fija. Xħin Yorgen qallu bid-delitt, Keith Schembri kesaħ. Pero’ qatt ma’ qalli li huwa mdaħħal fil-qtil. Jien daħħaltha f’moħħi li lil Keith nitfgħu fl-istess keffa.”

12:30 p.m: Ikomplu jinstemgħu r-recordings.

11:45 a.m: Waqfa qasira … Is-seduta tkompli dalwaqt.

11:40 a.m: Huwa qal ukoll li “minn meta arrestaw lill-aħwa Degiorgio ‘l hemm spiċċat ħajti. Bdejt nixrob il-ħin kollu. Darba ġabu li qed jissuspettaw fuq bniedem imdaħħal fil-betting u negozju kbir.”
“Darba konna r-razzett u Yorgen qalli issa armihom ‘l hemm (lill-aħwa Degiorgio). Jiena ħadtha bi kbira. Għedtlu issa trid tarmihom ‘l hemm? Insejt kemm-il darba kont tibagħtni għandhom għax ħa tilħaq toħroġ l-informazzjoni?”

11:15 a.m: Beda jinstema’ recording ieħor ta’ konverżazzjoni bejn Theuma u Fenech li saret fl-uffiċju ta’ Fenech, Level 21, Portomaso.
Fenech jinstema’ jgħid li hu kellu għalxiex jinkwieta u meta mistoqsi mill-Ispettur Keith Arnaud għalfejn qal dan, Theuma wieġeb għax “hu qabbadni.” Pero’ Theuma fl-aħħar mill-aħħar qal li beda jibża’ li l-allegati eżekuturi kienu se jikxfu lilu għax huma lilu kienu jafu.
Jissemmew ukoll “10,10,10, 30 u 150”, referenza għall-ħlas fir-rigward tal-qtil ta’ Daphne. Theuma kien tkellem ma’ Alfred Degiorgio u dan tal-aħħar qallu li ried €150,000, €30,000 bil-quddiem u l-€120,000 l-oħra wara.
“Jien kont mort fejn Yorgen u għedtlu b’dan pero’ t-€30,000 jekk jitwaqqfu, jintilfu. Yorgen Fenech kien tani €150,000 fi flus kontanti f’daqqa. Kont tlajt biex inwasslu l-ajruport. Ħareġ envelop u qalli għandek il-flus.

10:50 a.m: Instema’ wkoll jgħid fir-recording “il-familja tagħhom hemm barra”. Ix-xhud qal: “jien ħassejtha vendikazzjoni. X’iġifieri tibgħatni b’risposta bħal dik tal-bail u ma tkunx minnha?”.
Mistoqsi għal min kien qed jirreferi meta qal “tiegħu ma jistax jeħlisha”, Theuma qal, “għax Yorgen dejjem kien jgħidli ma rranġax tiegħu (kellu xi kawżi l-Qorti Keith) ħa jirranġa di?”

10:35 a.m: Huwa qal ukoll li qabel il-qtil, jiftakar li kien wassal lil Yorgen fid-dar ta’ Keith fil-Mellieħa.
Fir-recording jissemma wkoll Melvin Theuma jgħid “logħba kbira kienet”. Mistoqsi għalfejn qal dan, ix-xhud spjega: “bdejt nemmen li mhux vera li qed jikxef il-Koħħu. Jien ikkonfermajt li vera Vince kien qed jikxef għax ġabli d-data f’awla oħra s-Sur Jason Azzopardi.”

10:30 a.m: Spjega li darba minnhom x

Xħin fetaħ it-tieqa tar-residenza ra persuna ddur mal-karozza tiegħu u kien ħa ritratt u bagħtu lil Yorgen. Tenna wkoll li “sakemm ħareġ l-isem ta’ Yorgen fuq l-aħbarijiet, jien qatt ma semmejtu.”

10:20 a.m: Fl-ewwel recording tal-lum, Melvin Theuma qal li dan kien irrekordjah fil-karozza wara d-delitt, meta kien mar għal Yorgen Fenech l-ajruport wara li kien mar jara logħba futbol. Flimkien ma’ Fenech kien hemm iż-żewġt itfal tiegħu. Theuma qal fil-Qorti: “qbadt nirrekordjah wara li kien qalli li Vince Muscat il-Koħħu beda jikxef.”
“Darba Yorgen kien ċempilli filgħaxija. Mort il-farm tiegħu Ħaż-Żebbuġ. Qalli li Vince Muscat qed jikxef. Sa dak il-punt nemmen, ma nemminx. Fil-frattemp għamilt lejl nixrob. Kelli argument ma’ Yorgen Fenech u filgħaxija rċevejt telefonata mingħand Johann Cremona li ried ikellimni.
“Xħin ħriġt sibt lil Johann u Kenneth Camilleri. Kenneth wegħedni biex inmur ngħid lil Mario Degiorgio li fit-22 tax-xahar se jieħdu l-pleġġ u jkollhom miljun kull wieħed.”
Żied jgħid li: “kulma tkellimt fuq il-qtil ma’ Alfred Degiorgio u darba ma’ George. Ma’ Vince Muscat qatt ma tkellimt.”
Mistoqsi għalfejn ħass li kienu qed jittraduh, qal li: “jiena daħalt lil Keith Schembri fl-istess keffa pero’ bil-ġurament, iltqajt miegħu darbtejn biss u la qatt semmieli l-qtil ta’ Daphne, la qatt għaddieli flus u xejn, bil-kuntatt li kien jgħidli Yorgen jien kont indaħħal lilu fl-istess keffa.” Huwa qal li beda jibża’ għal ħajtu.

10:05 a.m: Ikomplu jinstemgħu r-recordings.

10:01 a.m: Issa jmiss biex jixhed Melvin Theuma, “il-middleman” f’dan il-qtil.

9:30 a.m: L-ewwel xhud fis-seduta tal-lum huwa l-espert Keith Cutajar, li fl-4 ta’ Ġunju 2020 kien mitlub biex jagħmel kopja tar-recordings u tal-informazzjoni preżenti f’diversi “evidence bags” li kienu jinsabu fl-atti tal-inkjesta tal-Maġistrat Vella. Huwa informa lill-Qorti li qed issir analiżi aktar dettaljata fi tnejn minnhom.

Semma kif f’ħafna mir-recordings ma nstema’ xejn waqt li f’oħrajn instemgħu xi diskussjonijiet. Qal ukoll li jeżistu mekkaniżmi biex ikunu jistgħu jsiru kjarifiki tal-istess “audio”.

Fuq talba tal-Prosekuzzjoni, il-Qorti estendiet l-inkarigu tas-Sur Cutajar biex jagħmel l-“audio optimisation” tal-audio files li hemm kontenuti fil-hard drive li ġiet ippreżentata.

Ekonomija

Sport