Wednesday, March 5, 2025

Xi darba tista’ tasal bħalma għamilt jien li ksibt il-ħolma li kelli li nirbaħ midalja tal-fidda barra minn pajjiżna – Nico Sciberras

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isparar?

L-imħabba tiegħi lejn l-isparar bdiet minn ta’ etá żgħira. Il-familja tiegħi huma dilettanti tal-isparar u minn ta’ etá żgħira kont immur magħhom u noqgħod narahom. Meta għalqat disa’ snin kienet fetħet Skola Sport Ħal Kirkop u kienu qalu lil ommi li għamlu simulator tal-isparar fl-open day. Kont mort ma’ ommi biex nipprova nispara għall-ewwel darba fuq simulator għax biex tispara fuq il-plattini ta’ veru irid ikollok 14-il sena biex iġġib il-liċenzja. Pruvajt dan is-simulator u kont immur tajjeb ħafna. Maż-żmien in-nies li kienu jiġu hemm naqsu u spiċċajt immur waħdi. Meta għalaqt 14-il sena kont mort ir-range ta’ Ħal Qormi u staqsejt għal wieħed Aldo falzon, kowċ tal-isparar u għidtlu li nixtieq nibda nipprattika l-isparar u niringrazzja lill-ġenituri tiegħi u l-kowċ Aldo Falzon li għadni nipprattika dan l-isport.

X’unuri maġġuri rbaħt fil-karriera tiegħek sa issa ?

Bħala unuri maġġuri, irbaħt midalja tal-fidda fil-Kampjonati Ewropej tat-Trap man-nazzjonal tal-juniors f’Lonato, l-Italja. F’Mejju li għadda, sirt l-ewwel tiratur zagħżugħ Malti fil-Federazzjoni Maltija għall-iSparar tal-plattini li rbaħt

midalja tal-fidda.

X’tikkummenta fuq il-livell tat-trap f’pajjiżna fil-preżent?

Il-livell tal-isparar f’pajjiżna huwa tiela’ bl-għajnuna li qegħdin jagħtuna SportMalta, il-Federazzjoni Maltija għall-isport tal-iSparar, MSSF, u Kumitat Olimpiku Malti (KOM) qegħdin isaħħu lill-atleti biex il-livell jibqa’ jogħla kemm f’pajjiżna u anke meta mmorru nikkompetu barra minn pajjiżna.

U dak tar-riżorsi fejn tittrenjaw u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Nerġgħu ngħidu grazzi għall-investiment u sapport mingħand SportMalta, il-Federazzjoni Maltija tal-iSparar, MSSF u Kumitat Olimpliku Malti (KOM), talli jinvestu fina l-atleti ta’ kull sena biex il-livell jibqa’ jogħla.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-trap?

Qiegħed inħares lejn il-futur tiegħi b’mod pożittiv billi nibqa’ nipprattika dan l-isport b’mod professjonali biex nibqa’ ngħolli l-livell tal-isparar tiegħi f’kompetizzjonijiet kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn pajjiżna.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-isparar?

Hawn hafna tipi ta’ sports differenti li wieħed jista’ jipprattika kif ghamilt jien li bdejt nipprattika l-isparar fuq il-plattini u qatt taqta’ qalbek … ibqa’ prova … xi darba tista’ tasal bħalma għamilt jien li ksibt il-ħolma li kelli li nirbaħ midalja tal-fidda barra minn pajjiżna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport